Monday, November 18, 2024

It-tfassil tal-politika nazzjonali ġdida dwar id-dijabete tinsab fl-aħħar fażi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bħalissa l-Ministeru tas-Saħħa jinsab fl-aħħar stadji tat-tfassil tal-Politika Nazzjonali l-ġdida dwar id-Dijabete li se tindirizza aspetti ta’ prevenzjoni, moniteraġġ u trattament ta’ din il-kundizzjoni. 

Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’kummenti li għadda lil dan is-sit fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar id-Dijabete li qed jiġi mfakkar proprju illum.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne qal li l-Gvern qed jinvesti sabiex ikompli jwessa’ iżjed l-aċċessibilità għat-teknoloġija u kura moderna għal min diġà qiegħed jgħix bid-dijabete sabiex tiżamm taħt kontroll u joqos ir-riskju ta’ kumplikazzjoijiet li jistgħu jinqalgħu minħabba din il-kundizzjoni. 

Dan filwaqt li qed isir aċċenn fuq il-prevenzjoni permezz ta’ promozzjoni ta’ stil ħajja sana anke permezz ta’ servizzi li jgħinuk tagħmel dan, bla ħlas. 

“Il-politika tagħna tirrifletti l-isforzi tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar id-dijabete u għalhekk inħeġġeġ lill-pubbliku jersaq lejn is-servizzi tagħna biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi,” temm jgħid id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. 

Ekonomija

Sport