Sunday, December 22, 2024

It-tfittxija għal Cleo Smith tidħol fit-12-il ġurnata… il-Pulizija iqisuh ħtif

Aqra wkoll

Hekk kif it-tfittxija għat-tifla ċkejkna Cleo Smith f’Western Australia daħlet fit-12-il jum tagħha, qiegħda toħroġ statistika allarmanti dwar kif żdiedu l-ħtif ta’ tfal fl-Awstralja fl-aħħar tnax-il xahar.

Filfatt qed jirriżulta li fl-aħħar xhur kien hemm xejn inqas minn 15 il-tfal li nħatfu jew insterqu f’Western Australia u seba’ minn dawn seħħew din is-sena biss.   Jekk wieħed l-ammont ta’ ħtif sa mis-sena 2007  f’Western Australia isib li b’kollox kien hemm 328 ħtif. 

Il-każ ta’ Cleo qed jitqies bħala wieħed serju ħafna fejn il-Pulizija qed jgħidu li dan il-ħtif hu wieħed stramb ħafna u rari. 

Dan għax hi sparixxiet waqt li kienet  fit-tinda mal-familja f’żona tal-kampijiet f’Macleod qrib Carnarvon. Hi għebet fis-16 ta’ Ottubru. Il-Pulizija hi tal-fehma li t-tifla inħatfet u mhux intilfet.  Kien il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru meta il-familja waqqfu l-kamp u għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija marru jorqdu. Cleo qamet għall-ħabta tal-1.30 ta’ filgħodu fejn xorbot ftit ilma u reġgħet marret torqod. 

Meta ommha qamet fis-6.00 ta’ filgħodu, sabu li ż-żip tat-tinda kien miftuħ u t-tifla ma kinitx hemm. Iż-żip kien fl-għoli sew u li t-tifla ma setgħetx tlaħħaq sa dak l-għoli biex ittellgħu. 

Ekonomija

Sport