Friday, April 19, 2024

It-tibdiliet li jagħmlu d-differenza: mill-Parlament Ewropew

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub mill-Ewroparlamentari Miriam Dalli

Fil-laqgħat li jkolli Malta u Brussel, dejjem jolqotni l-interess u l-impenn taċ-ċittadini, għaqdiet u organizazzjonijiet biex jagħmlu d-differenza reali fil-qasam tagħhom. Dan wassalni biex fil-bidu ta’ din is-sena, inhiedi l-proġett ‘Small Changes Big Impact’.Bil-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 50 voluntier u għaqdiet mhux governattivi qed nahdmu fuq policy paper li se nippreżentaw dwar l-ekonomija ambjentali. Qed noħorġu wkoll b’numru ta’ inizjattivi li nħossu li jgħinu b’mod pożittiv fuq l-ambjent u l-madwar. 

Ftit tal-jiem ilu morna fil-bajja s-sabiħa tal-Għadira li tinżamm nadifa grazzi għall-ħidma kontinwa tal-ħaddiema mid-dipartiment tal-indafa pubblika. Meta konna hemmhekk, numru ta’ owners tal-kiosks tkellmu magħna dwar il-problema li għandhom b’min ipejjep is-sigaretti u jarmi l-filters mal-art. Naħseb ftit huma konxji dwar il-ħsara li jagħmlu s-sigaretti li jispiċċaw fil-baħar. Filters li jispiċċaw fil-baħar idumu 10 snin biex jiddiżintegraw kompletament, minbarra l-kimiċi tossiċi li joħorġu minnhom. Filwaqt li l-aħjar soluzzjoni tibqa’ li wieħed ma jpejjipx, ir-realta hi li dejjem se jkun hemm min ipejep. Għalhekk qassamna numru ta’ ashtrays li wieħed jista’ jieħu miegħu l-baħar u juża aktar minn darba ħalli minflok jintremew is-sigaretti fir-ramel jintużaw dawn l-ashtrays. Madwar il-bajjiet tagħna qed jiżdiedu l-kontenituri fejn wieħed jista’ jarmi l-iskart, inkluż tankijiet għaċ-charcoal tal-bbqs. Hija ħasra iżda li ċertu nies flok jużaw dawn il-bins qed ikomplu jarmu mal-art flok inaddfu warajhom.

Din il-ġimgħa komplejt ukoll bil-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar rapport tal-Parlament Ewropew li qed inmexxi dwar ħaddiema barranin fl-Unjoni Ewropea. Din id-darba kien imiss li niltaqa’ mar-rappreżentanti tal-SMEs u n-negozji fil-pajjiżi Ewropew. Fhimt ir-realta’ li jiltaqgħu magħha meta ma jsibux ħaddiema bil-ħiliet li ċertu impjiegi jitolbu. Lqajt l-appell tagħhom dwar il-ħtieġa li nindirizzaw il-vojt li jeżisti f’każijiet bħal dawn. Semmew ukoll kif l-Unjoni Ewropea, fuq livell internazzjonali, trid tagħmel aktar biex tattira t-talent uman li bħalissa qed imur f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea u li b’hekk qed jimmini l-kompettivita Ewropea. Irridu nagħmlu aktar ukoll biex tkompli tonqos il-burokrazija, fejn kumpaniji jaħlu xhur sħaħ biex ikunu jistgħu jimpjegaw lil xi ħadd minn pajjiż barra mill-Ewropa. 

Sadanittant matul din il-ġimgħa kont involuta f’laqgħat dwar il-fond ta’ rkupru ekonomiku għall-Unjoni Ewropea (NGEU) u l-baġit (MFF) għas-seba’ snin bejn 2021 u 2027. Bil-proposta li saret dan l-aħħar mill-President tal-Kunsill rajna tnaqqis drastiku f’ċertu areas inkluż ukoll fil-qasam tal-immigrazzjoni. Digital Europe, Horizon Europe li jiffoka fuq investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, il-programm Erasmus u oħrajn. Filwaqt li l-pjan ta’ rkupru ekonomiku Next Generation EU jeħtieġ il-fondi biex jopera, ma jagħmilx sens li jitnaqqsu fondi minn oqsma mill-aktar importanti fil-baġit għas-seba’ snin ta’ wara. 

Sport