It-Tielet anniversarju mill-attakki fuq Iżrael… Gaża teqred u jitwettq ġenoċidju fosthom jinqatlu eluf kbar ta’ tfal u nisa

Aqra wkoll

Illum jaħbat it-tielet anniversarju minn meta l-grupp Ħamas li jmexxi l-Medda ta’ Gaża wettaq attakk fuq Iżrael fejn persuni armati daħlu fil-pajjiż u qatlu mill-inqas 1,200 persuna kif ukoll ħadu 251 ostaġġ. 

Minn dakinhar ‘il quddiem Iżrael beda attakk aħrax fuq Gaża fejn illum wieħed jista’ jgħid li spiċċat meqruda għal kollox. Aktar minn hekk, il-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu hu mfittex mill-Qorti Kriminali Internazzjonali fuq akkużi li wettaq ġenoċidju fuq il-Palestinjani fejn ordna l-qtil ta’ eluf kbat ta’ tfal u nisa li kienu meqjusa bħala persuni ċivili.

Rapporti fil-midja jgħidu li fl-ewwel sena ta’ dan il-konflitt nqatlu 41,870 Palestinjan kif ukoll aktar minn 97,000 oħrajn spiċċaw midrubin. In-Nazzjonijiet Uniti li tuża informazzjoni mgħoddija mill-Ministru tas-Saħħa ta’ Gaża qalet li bejn it-30 ta’ Settembru u l-4 t’Ottubru nqatlu 187 persuna ħafna minnhom persuni ċivili.

A closeup shot of several old buildings constructed next to each other under a sky full of clouds

Xejn ma jista’ jiġġustifika l-atroċitajiet – Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

“Xejn ma jista’ jiġġustifika dawn l-atroċitajiet,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħqud António Guterres f’kummenti li ta lill-midja tliet snin wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda stqarr li xejn ma jista’ jiġġustifika l-atroċitajiet tas-7 ta’ Ottubru, u appella biex tintemm it-tbatija kemm tal-Iżraeljani kif ukoll tal-Palestinjani.

Fi stqarrija maħruġa nhar it-Tnejn biex jitfakkar it-tielet anniversarju mill-attakki fuq Iżrael, Guterres tkellem dwar l-attakk terroristiku kbir u mill-aktar oxxen, li fih inqatlu aktar minn 1,200 Iżraeljan u ċittadin barrani.

Qal li dakinhar tal-attakk, persuni ċivili li kienu fi djarhom u anke waqt festival tal-mużika kienu ġew attakkati mill-grupp Ħamas. Barra minn hekk, 251 persuna oħra – fosthom nisa, tfal u anzjani – ġew maħtufa u meħuda f’Gaża bħala ostaġġi.

Huwa qal li dawn il-persuni sofrew abbużi orribbli waqt li kienu qegħdin jiżammu ostaġġi, inklużi tortura, vjolenza sesswali u forom oħra ta’ trattament ħażin ħafna, inuman jew degradanti. Uħud minnhom inqatlu minn dawk li ħatfuhom.

Iż-żewġ popli batew wara l-attakki

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda qal li kien iltaqa’ ma’ familji Iżraeljani li minn dakinhar tal-attakk id-dinja tagħhom tkissret kompletament…

Iżda fl-istess stqarrija Guterres fakkar ukoll fit-“tbatija bla qies” li sofrew il-Palestinjani f’Gaża b’riżultat tal-attakki bi tpattija minn Iżrael li kienu jmorru kontra kull liġi internazzjonali.

Skont l-aġenziji tal-Ġnus Magħquda l-attakki li Iżrael wettaq fuq Gaża ħallew aktar minn 70,000 persuna mejta fosthom 20,000 tifel u tifla. Aktar minn hekk aktar minn hemm 100,000 persuna sofrew xi ġrieħi.

Kważi maż-2.1 miljun persuna kollha li kienu qegħdin jgħixu f’Gaża kellhom jaħarbu minn pajjiżhom u sabu kenn f’pajjiżi oħrajn. Iżda xorta waħda baqa’ miljuni jgħixu f’Gaża li ftit li xejn għandhom aċċess għal affarijiet bażiċi.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda qal li minħabba din il-gwerra issa għandna l-oħra proporzjon ta’ tfal amputati fid-dinja minħabba l-ġrieħi li sofew waqt l-attakki li seħħew minn Iżrael.

Wasal iż-żmien għal waqfien mill-ġlied permanenti – ĠM

Il-waqfien mill-ġlied ta’ Ottubru 2025 ġab xi ftit serħan, qal is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi stqarrija li ħareġ,  iżda dan l-istess waqfiet mill-ġlied għadu mhux sigurtà. Stqarr li hemm bżonn għajnuna umanitarja adegwata jew triq kredibbli għall-irkupru u l-paċi.

Is-Segretarju Ġenerali ħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jimplimentaw l-impenji tagħhom bis-sħiħ u jimxu għall-fażi li jmiss tal-waqfien mill-ġlied skont ir-riżoluzzjoni 2803 tal-Kunsill tas-Sigurtà.

L-aġenziji tal-Ġnus Magħqud jirrappurtaw li r-restiruzzjonijiet li għamel Iżrael fuq il-Palestinjani għadhom għaddejjin u anke għadhom qegħdin isiru attakki mill-ajru kważi kuljum.

L-uffiċċju umanitarju tal-Ġnus Magħquda, OCHA, qal li l-awtoritajiet Iżraeljani ssospendew id-dħul tal-merkanzija f’Gaża nhar it-Tnejn u ħabbru sospensjoni oħra għall-Erbgħa, filwaqt li semmew tħassib dwar is-sigurtà marbut mal-anniversarju.

Issa, qal is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, wasal iż-żmien li l-waqfien mill-ġlied isir permanenti u li l-għajnuna umanitarja tibda titħalla tidħol f’Gaża fuq skala kbira.

“Ħalli dan l-anniversarju jimmarka mhux biss sena oħra ta’ luttu, iżda wkoll determinazzjoni mġedda biex nibnu futur differenti,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnsu Magħqud filwaqt li sostna  li l-Palestinjani u l-Iżraeljani jistgħu jgħixu flimkien “bid-drittijiet, id-dinjità u l-aspirazzjonijiet tagħhom imwettqa.”

Il-PM Iżraelit jaħlef li l-Ħamas qatt ma jerġgħu jkunu f’Gaża

Il-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu f’diskors li għamel biex jitfakkar it-tielet anniversarju minn meta seħħew l-attakki “ħalef” li qatt aktar ma jkun hemm il-Ħamas fit-tmexxija ta’ Gaża.

Waqt diskors f’ċerimonja uffiċjali fiċ-ċimiterju militari ta’ Mount Herzl f’Ġerusalemm, Netanyahu qal “ksibna riżultati enormi, iżda għad għandna missjonijiet quddiemna, u biħsiebna nwettquhom.”

“Mhux se jkun hemm tmexxija tal-Ħamas f’Gaża,” kompla jgħid, filwaqt li wiegħed li jibqa’ jimmira lejn kull min kien involut fl-attakk.

Il-Prim Ministru Netanyahu qal li jinsab qrib il-familji tal-vittmi u li n-nazzjon qed jaqsam magħhom in-niket tagħhom.

“M’hemmx maħfra għall-qattiela, għal dawk li wettqu t-tortura, u għal dawk li taw in-nar lill-proprjetà ta’ familji Iżraeljani. M’hemmx maħfra għal dawk li qerdu, għal dawk li serqu u għal dawk li ħatfu n-nies,” kompla jistqarr.

“Inti ħallejthom joqtlu lill-ibni”

Hekk kif kien qiegħed jagħmel id-diskors tiegħu, qamet mara mill-udjenza li kien hemm u bdiet tgħajat “inti ħallethom joqtlu lill-ibni u lill-1,200 persuna oħra… Messek tistħi… Messek tistħi…” Dan il-kliem wassal biex il-Prim Ministru Iżraelit iwaqqaf għal ftit id-diskors tiegħu sakemm ikkalmat is-sitwazzjoni.

“Ħafna nies madwar id-dinja ma jifhmuniex”- Mor, id-direttriċi ta’ esibizzjoni ta’ realtà virtwali

“Ħafna nies madwar id-dinja ma jifhmuniex…” Hekk stqarret Mor Izreal, id-direttriċi ta’ esibizzjoni ta’ realtà virtwali li tfakkar dak li seħħ fis-7 ta’ Ottubru tal-2023.

Tgħid li ħafna Iżraeliti għidu li l-istorja tagħhom mhix qed tinstema’ jew tinftiehem. Isostnu li l-Palestinjani f’Gaża jirċievu aktar attenzjoni u dan minkejja li l-gvern ta’ Iżrael għadu jżommu lill-ġurnalisti milli jidħlu fit-territorju ħlief f’każijiet rari u taħt kontroll strett.

Mill-jum li faqqgħet il-gwerra, l-aħbarijiet u l-qlub tal-Iżraeljani kienu ffukati fuq il-mejtin u l-ostaġġi li ttieħdu f’Gaża… art li, minkejja li tinsab biss siegħa ’l bogħod b’karozza minn Tel Aviv, ilha żmien twil tħossha “remota”. Il-kuntatt bejn iż-żewġ naħat tal-fruntiera kien limitat ħafna minn meta l-Ħamas ħa l-poter fl-2007. 

Dan huwa l-ewwel anniversarju mill-attakk li fih l-ostaġġi kollha li kien fadal ħarġu minn Gaża, kemm jekk ħajjin kif ukoll jekk mejtin.

Għaddej proċess ta’ rikostruzzjoni fil-komunitajiet Iżraeljani fejn il-militanti kienu jmorru minn dar għal dar, jaħarqu u jisparaw. Hemm ukoll insistenza biex jinżammu ħajjin it-tifkiriet tas-7 ta’ Ottubru, bit-tama li d-dinja ta’ barra tasal biex tifhem kif is-sens ta’ sigurtà ta’ Iżrael ġie mfarrak.

“Naf li ħafna nies madwar id-dinja ma jifhmuniex,” qalet Mor Izreal. Hija qalet li aktar minn 10,000 persuna żaru l-esibizzjoni minn meta fetħet sena u nofs ilu, bil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu ġejjin minn barra l-pajjiż. Ir-reazzjonijiet ivarjaw minn niket għal rabja u anke sens ta’ konnessjoni kompliet tistqarr Mor.

Illum mistennija protesti kbar madwar id-dinja

Illum madwar id-dinja mistennija protesti kbar favur il-kawża Palestinjana. Minkejja li qiegħed jitfakkar l-anniversarju mill-attakk fuq Iżrael, eluf kbar ta’ persuni se jkunu qegħdin jinżlu fit-toroq tal-bliet ewlenin biex ifakkru wkoll dak li għaddew minnhom il-Palestinjani f’dawn l-aħħar 3 snin.

Il-Pulizija Metropolitana qed tħeġġeġ lill-organizzaturi ta’ marċ tal-istudenti favur il-Palestina – ippjanat għat-tielet anniversarju tal-attakki tas-7 ta’ Ottubru fuq Iżrael – biex ibiddlu d-data jew il-post tal-avveniment.

Id-Deputat Assistent Kummissarju James Harman stqarr li l-pulizija ma rnexxilhiex tidentifika lill-organizzaturi wara l-grupp, li jsejjaħ lilu nnifsu l-“University of London Coalition”.

Huwa qal li, għalkemm il-marċ ma jilħaqx il-kriterji legali stretti li jippermettu lill-pulizija titlob lill-Ministru tal-Intern biex tipprojbixxi protesta, ħafna residenti ta’ Londra se jkunu qed josservaw “jum ta’ luttu” permezz ta’ vigili biex ifakkru lil dawk li tilfu ħajjithom.

Harman qal li madwar 300 student huma mistennija jipprotestaw fiċ-ċentru ta’ Londra nhar l-Erbgħa, billi jibdew minn King’s College London fi Strand u jispiċċaw f’University College London f’Holborn.

Huwa żied jgħid li huma talbu t-tmiem ta’ dak li ddeskrivew bħala “ġenoċidju f’Gaża”.

“Ġew espressi tħassib serju dwar l-impatt ta’ dan il-marċ fuq l-istudenti u l-istaff, partikolarment dawk Lhud, kif ukoll dwar ir-rotta u l-jum li fih se jsir,” qal Harman.

Huwa ħeġġeġ lil kull min biħsiebu jingħaqad mal-protesta biex “jirrifletti dwar l-impatt u d-dwejjaq li din se tikkawża f’dan il-jum tant sinifikanti, u biex jeżerċita d-dritt tiegħu għall-protesta f’data oħra”.

F’Malta titqassam ittra lill-membri Parlamentari kollha

Nhar it-Tnejn wara nofsinhar qabel is-Sessjoni tal-Ftuħ tal-Parlament għadd ta’ rappreżentanti ta’ għaqdiet non governattivi nġabru l-Belt Valletta biex jagħtu lil kull rappreżentant tal-Parlament ittra intitolata ‘Waqqaf il-kompliċità ma’ Israel”. Tnejn u għoxrin organizzazzjoni mhux governattiva ingħaqdu fit-talba għal embargo immedjat ta’ oġġetti militari lejn Iżrael, u tnaqqis komprensiv fil-kummerċ u t-trasferimenti.

L-organizazzjonijiet qegħdin jgħidu li “d-deċiżjonijiet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ta’ Jannar u Lulju tas-sena 2024 appellaw lill-gvernijiet, il-korporazzjonijiet u l-istituzzjonijiet kollha biex jieħdu azzjonijiet biex jipprevjenu l-ksur dejjem jikber tad-drittijiet tal-bniedem minn Iżrael. Dan ifisser li l-gvern huwa legalment obbligat u moralment marbut li jieħu miżuri ta’ diliġenza dovuta biex jiżgura li l-ebda entità Maltija ma tkun qed tgħin biex toħloq il-kundizzjonijiet li fihom iseħħu l-atroċitajiet ta’ Iżrael. Dawn l-atroċitajiet dokumentati jinkludu ġenoċidju, apartheid, tindif etniku u okkupazzjonijiet illegali li qed jeskalaw.”

L-ittra fost oħrajn tgħid li “f’Gaża, il-gvern Iżraeljan qed  iwettaq ġenoċidju. Minn Ottubru 2023 sa Diċembru 2025, il-forzi ta’ okkupazzjoni Iżraeljani qatlu medja ta’ 47 mara jew tifla kuljum, b’total ta’ aktar minn 38,000. Kuljum, l-Iżrael qed joqtol jew jikkawża feriti gravi lil tfal Palestinjani (aktar minn 23,000 ġew maqtula u 123,000 midruba). L-Iżrael ħataf 70 fil-mija tat-territorju ta’ Gaża u naqqas il-popolazzjoni tagħha b’aktar minn 300,000 ruħ fi tliet snin, permezz ta’ bumbardamenti massivi, qerda totali u assedju kontinwu. Dan huwa qtil tal-massa sistematiku. Gaża hija ħabs fejn in-nies la jistgħu joħorġu u lanqas jistgħu jgħixu.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport