Sunday, December 22, 2024

It-tielet edizzjoni tal-Malta Business Awards 

Christine Mallia Spiteri
Christine Mallia Spiteri
Rapreżentanta Malta Enterprise

Aqra wkoll

Wara s-suċċess tal-ewwel żewġ edizzjonijiet, flimkien mal-Kamra Maltija tal-SMEs, il-Malta Enterprise nediet il-Malta Business Awards. 23 kumpanija għandhom jiġu ppremjati fiċ-ċerimonja prestiġjuża ta’ din is-sena, li se ssir fil-15 ta’ Novembru. Il-Malta Enterprise tħeġġeġ lin-negozji kollha biex jagħtu ħarsa mill-qrib lejn il-kategoriji differenti u biex japplikaw sas-7 ta ’Awwissu fuq  https://maltabusinessawards.mt 

Li tirċievi premju hija kisba siewja għal kwalunkwe negozju. Il-Malta Business Awards jipprovdu pjattaforma ta’ rikonoxximent imparzjali u n-nominati kollha se jingħataw l-opportunità li juru l-kisbiet tagħhom fuq livell nazzjonali.   Ukoll se tkompli ttejjeb il-kredibilità tan-negozju filwaqt li tirrikonoxxi l-ħidma eċċellenti fis-suq lokali. Il-viżibilità abbundanti fuq il-pjattaformi tal-marketing tal-Malta Business Awards se tkun ipprovduta matul il-kampanja u Il-parteċipanti huma mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq il-pjattaformi tagħhom stess.

Il-premjijiet huma maqsuma f’4 kategoriji: Inizjattivi distinti : L-aktar negozji li jispikkaw u li juru livell ogħla ta’ għarfien u azzjonijiet lejn it-titjib fil-komunità u fl-impriżi. 

Ambaxxaturi tal-Innovazzjoni u s-sostenibbilta’: Ir-rikonoxximent għall-kapaċitajiet ta’ negozji innovattivi u għall-inizjattivi sostenibbli li jagħmlu impatt fuq l-ambjent. 

Niċċelebraw in-Negozji : Ir-rikonoxximent lin-negozji li rnexxiehlhom fil- kapaċitajiet innovattivi tagħhom u li huma mmirati biex jinkoraġġixxu s-suċċess tan-negozju taghhom.

Trasport nazzjonali : Ir-rikonoxximent tan-negozji għall-isforzi tagħhom f’inizjattivi innovattivi u sostenibbli fit-trasport u l-loġistika.  

 

Ekonomija

Sport