Saturday, December 21, 2024

It-tieni ċkejken vittma ta’ waqgħa f’bir fi ftit jiem

Aqra wkoll

It-tifel li kien ilu maqbud f’bir fl-Afganistan għal dawn l-aħħar jiem ġie ċċertifikat mejjet. Haidar spiċċa maqbud f’bir f’raħal remot Afgan ta’ Shokok fin-Nofsinhar tal-pajjiż. It-tifel waqa’ waqt li kien qiegħed jgħin lill-adulti jħaffru l-istess ħofra li swietlu ħajtu. 

Skont l-uffiċjali, it-tifel waqa’ madwar 25 sular għoli u waqt tentattiv biex jinħareġ b’ħabel, huwa spiċċa mweħħel madwar 15-il metru mill-quċċata. Ġebla li kienet qiegħda tostakolah għamlita diffiċli biex l-uffiċjali jilħquh b’mod sigur u sfortunatament ma rnexxilhomx isalvawh.

Skont rapporti internazzjonali, it-tifel, imsemmi min-nies tal-lokal bħala Haidar, ilu maqbud f’dan il-bir għal dawn l-aħħar tlett ijiem.

Dawn ix-xeni fakkru lil ħafna f’dawk li rajna fil-Marokk ġimagħtejn ilu fejn Rayan Awram ta’ ħames snin kien waqa’ f’bir u minkejja l-isforzi kollha tal-ħaddiema ta’ salvataġġ, sfortunatament kienet tħabbret il-mewt tiegħu ftit minuti wara li ġie salvat.

Ekonomija

Sport