Wednesday, October 7, 2026
Home Sport It-tieni ġurnata tal-Enemed Futsal League tippreżenta wirja ta’ goals

It-tieni ġurnata tal-Enemed Futsal League tippreżenta wirja ta’ goals

0
54

It-tieni Match Week tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Enemed Futsal League 2026/27 ra ħames logħbiet u xejn inqas minn 55 gowl, b’University of Malta Futsal u Luxol St Andrews ikomplu bil-bidu pożittiv tagħhom. 

Żejtun Corinthians kisbu l-ewwel rebħa tagħhom tal-istaġun meta għelbu lis-selezzjoni U17 tal-Malta FA 5-3. Bensaidi Wissam kien protagonist assolut għal Żejtun bi tripletta, filwaqt li Yahia Samer u El Zaredi Wisam skorjaw il-gowls l-oħra. Għall-U17, Gianni Borg skorja darbtejn u Matthew Friggieri żied ieħor. Bensaidi Wissam ġie magħżul bħala l-Go & Fun Plejer tal-Logħba.  

Marsaskala Futsal Legends kisbu rebħa ta’ 5-0 fuq is-selezzjoni U19 tal-Malta FA. Karl Luke Schembri u Cristian Jose Fernandez skorjaw darbtejn kull wieħed, filwaqt li Sean Parnis żied il-gowl l-ieħor. Karl Luke Schembri ġie magħżul bħala l-Go & Fun Plejer tal-Logħba.  

Iċ-champions renjanti Luxol St Andrews komplew bil-bidu b’saħħtu tagħhom, b’rebħa kbira ta’ 14-0 fuq Naxxar Lions. Luke Gatt spikka b’erba’ gowls, filwaqt li diversi plejers oħra ta’ Luxol sabu x-xibka. Gatt ġie magħżul bħala l-Go & Fun Plejer tal-Logħba.

Birkirkara AFC kisbu l-ewwel rebħa tagħhom tal-istaġun b’suċċess ta’ 10-3 fuq Siġġiewi. Miguel Grima skorja tripletta, filwaqt li Maikol Andres Alfaro Ocampo ukoll skorja tliet gowls. Miguel Grima ġie magħżul bħala l-Go & Fun Plejer tal-Logħba. University of Malta Futsal għal darb’oħra wrew is-saħħa tagħhom b’rebħa ta’ 13-2 fuq Swieqi United. 

Gia Nikvashvili kien fost il-protagonisti b’erba’ gowls, filwaqt li Roller Santiago Cruz Guiterrez skorja tripletta. Gia Nikvashvili ġie magħżul bħala l-Go & Fun Plejer tal-Logħba hekk kif University għalqu t-tieni Match Week b’wirja oħra konvinċenti. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here