Friday, November 22, 2024

It-tieni każ ta’ COVID-19 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta… iżda kien ilu assenti mill-5 ta’ Awwissu

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħabbar li kien hemm it-tieni impjegat li ġie identifikat bħala każ pożittiv ta’ COVID-19. 

Kien spjegat fi stqarrija li dan l-impjegat ittestja pożittiv nhar it-Tnejn, hekk kif kien assenti mill-bank mill-5 ta’ Awwissu. 

Il-bank ġie informat nhar it-Tnejn fit-8.30 p.m. u minnufih l-uffiċini ġew diżinfettati minn speċjalisti apposta. Din l-operazzjoni tlestiet sas-6.20 a.m. tal-għada.

Intant, sar ukoll contact tracing u dawk kollha li kienu f’kuntatt dirett mal-persuna infettata ngħataw id-direzzjoni biex jagħmlu t-test. Barra hekk, il-ħaddiema li ngħataw din l-istruzzjoni se taħdmu telework sakemm ma jiġu ttestjati fin-negattiv. 

Ta’ min wieħed jgħid li l-persuna pożittiva kienet tagħmel xogħol intern u ma tiġix f’kuntatt mal-pubbliku. Dan il-każ mhux relatat mal-ewwel każ li nstab fit-28 ta’ Lulju. 

Dwar dak il-każ, il-ħaddiema li kienu f’kuntatt mal-persuna ġew ittestjati u kienu ħielsa mill-virus. Sadanittant, dawn il-ħaddiema kienu qegħdin jagħmlu telework. 

Il-Bank Ċentrali spjega li minn Marzu ħa l-miżuri neċessarji biex jiżgura s-saħħa ta’ dawk li jżuru l-bank, tal-impjegati u tal-kuntratturi. Hekk kif jaf xi rwol kruċjali għandu fil-pajjiż, il-Bank jinsab determinat li jiggarantixxi kontinwa fin-negozju. 

Sport