Saturday, December 14, 2024

It-tieni pagament tal-Inwork Benefit u Carers Grant se jibda jingħata minn nhar is-Sibt 

... Se jibbenifikaw iktar minn 23,000 familja b'total ta' €3.34 miljun.

Aqra wkoll

Minn nhar is-Sibt li ġej, se jkun qiegħed  jitħallas it-tieni pagament tal-In Work Benefit kif ukoll dak tal-Carers Grant, li jkopru x-xhur ta’ April sa Ġunju.Għalhekk b’kollox total ta’ 23,074 familja se jibbenefikaw mill-Inwork Benefit, b’dan it-tieni pagament għal din is-sena se jkollu allokazzjoni finanzjarja ta’ €3.34 miljun. 

Dawn id-dettalji ingħataw mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ħamis wara nofsinhar. Fid-diskors tiegħu huwa enfasizza li il-pagamenti tal-2022 saru kollha u b’hekk intlaħaq ‘benefit take-up’ ta’ 100%. Żied jgħid illi dan jista’ jkun riżultat ta’ tibdil proviżorju fiċ-ċirkostanzi jew pendenzi mill-benefiċjarji mad-dipartiment tat-taxxa. 

Irrimarka ukoll kif preżentament il-limiti ta’ dħul lill-familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu huwa ta’ €50,000 fis-sena, fejn inizjalment dan il-limitu kien ta’ €20,400 fis-sena. Dan il-benefiċċji qed jingħata wkoll lil single parents. Il-Ministru Falzon temm jgħid; ‘‘Dan huwa Gvern li verament iħoss il-polz u l-bżonnijiet tan-nies. Qegħdin inwettqu dak li wegħdna u se nkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Dawn iż-żewħ benefiċċji huma eżempju ċar ta’ Gvern illi jirrikonoxxi l-bżulija u anke ir-reżiljenza ta’ ġenituri illi jibqgħu jagħtu l-aqwa trobbija l’uliedhom minkejja d-diffikultajiet kollha li ġġib magħha d-diżabilita’’.

Preżenti għal din il-konferenza stampa attenda wkoll is-Sigretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Mark Musu. Huwa tkellem dwar il-Carers Grant, fejn stqarr illi n-numru ta’ benefiċjarji sal-ewwel nofs tas-sena tela’ għal 423 persuna u n-nefqa għall-istess perijodu hija ta’ €954,000.

 Hekk kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali, minn din is-sena dan il-pagament se jogħla għal nofs il-Paga Minima Nazzjonali netta, jiġifieri €4,510.  Dan l-ammont se jibda jkun maqsum f’erba’ pagamenti ta’ €1,127.50 ‘il wieħed jiġifieri kull tlett xhur.

Ekonomija

Sport