Thursday, May 16, 2024

It-Tieni rebħa f’Malta għal Catherine’s Chevy fil-klassi Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

F’idejn Jesmar Gafa’, in-Norveġiż Catherine’s Chevy rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ġimgħa fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mid-39 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m. 

Tnax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Einstein Sisu (Noel Baldacchino) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ distakk żgħir minn Catherine’s Chevy (Jesmar Gafa’) u Cristal Pierji (Rodney Gatt). Madankollu 400m mil-linja finali ż-żiemel ta’ Noel Baldacchino beda jnaqqas sew mill-pass u fost l-oħrajn inqabeż minn Catherine’s Chevy. 

Dan baqa’ quddiem biex rebaħ faċilment b’aktar minn żewġ tulijiet minn Dunbar (Redent Magro) u Concerto Royal (Charles Camilleri). Eagle B Butcher (Clint Vassallo) temm warajhom f’dik l-ordni.  Intant it-tieni rebħa f’Malta ta’ Catherine’s Chevy waslet f’medja ta’ 1.16.6” fil-kilometru. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Voyou De Javron (T. Mallia) Ħin – 3.22.6” (1.16.7”) 2. Follow Vet (S. Cutajar) 3. Echo De Chanteins (J. C. Pace) 4. Hardi Du Doubs (P. Galea) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Querby Du Gite (N. Barbara) Ħin – 3.27.7” (1.18.7”) 2. Gima Tege (C. Vassallo) 3. Desir La Douve (K. Saliba) 4. Ficejulando (C. Magro)

III Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Cekito De Jupilles (N. Baldacchino) Ħin – 3.21.6” (1.16.3”) 2. Cygnus Du Guelier (P. Galea) 3. Diego Du Coudou (R. Gatt) 4. I Come In Peace (M. Ellul) 

IV Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Atus Picken (D. Xerri) Ħin – 3.23.3” (1.17”) 2. Gigaro AM (A. Bartolo) 3. Bajazet (M. Mizzi) 4. Edson Boko (J. Gafa’) 

V Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Festival Marlo (R. Gatt) Ħin – 3.26.6” (1.18.2”) 2. Gamine d’Hawai (R. Magro) 3. Galeo Du Portugal (J. Axisa) 4. Genista Des Baux (J. C. Pace)

VI Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Beatnik Turgot (Cherise Farrugia) Ħin – 3.21.1” (1.16.2”) 2. Baqualito Mag (Ch. Degiorgio) 3. Chene De Landisaq (C. Vassallo) 4. Asko Giant (P. Galea)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Liama Tooma (J. Vassallo) Ħin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Connecticut (M. Ellul) 3. Dgin Du Caux (P. Galea) 4. El Gusto (Cherise Farrugia) 

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Catherine’s Chevy (J. Gafa’) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Dunbar (R. Magro) 3. Concerto Royal (C. Camilleri) 4. Eagle B Butcher (C. Vassallo)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Casino d’Ourville (R. Gatt) Ħin – 3.18.2” (1.15.1”) 2. Liam Dana (J. Gafa’) 3. Echo Du Palais (R. Magro) 4. Eurythmic Sisu (K. Sciberras)

Sport