Saturday, September 14, 2024

It-tieni rebħa f’Malta għal Dream fi klassi Premier

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

Misjuq minn Ludvic Ghigo, rebah l-aktar tiġrija mistennija li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mill-11-il laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Barra t-tiġrija tal-ogħla klassi matul dan il-programm kien hemm ukoll it-tkomplija tal-kampjonat Executive Security Services għal żwiemel tal-klassi Silver permezz ta’ erba’ heats u t-tliet semifinali tal-kampjonat Assikura tal-klassi Bronze fuq l-istess distanza qasira. 

Tnax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Viking’s Topline (Eugenio Bondin) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ zgħir minn Caid De Bengale (Ivan Stivala) u Crusoe d’Anama (Charles Camilleri). 500m mil-linja finali iż-żiemel ta’ Bondin beda jnaqqas mill-pass u nqabeż minn numru ta’ parteċipanti, fosthom minn Dream (Ludvic Ghigo) li mar quddiem fl-aħħar metri biex ħa t-tieni rebħa minn daqstant dehriet f’Malta quddiem Baron De Majuag (Alessandro Grech) u Crusoe d’Anama. Capitaine France (Michael Axisa) temm fir-raba’ post. 

Crack des Bas jirbaħ waħda minn 3 semi finali tal-kampjonat Assikura

Mit-tliet semifinali Bronze tnax-il żiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel waħda, Crack De Bas (Cliferty Calleja) okkupa l-ewwel post tul id-distanza kollha u rnexxielu jieħu l-ewwel rebħa f’Malta wara li qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Fils Du Soir (Charles Camilleri) u Onas My (Mario Fenech). Doora (Cherise Farrugia) ukoll għamlitha għall-finali wara li temmet fir-raba’ post. 

Galerno Valou (Clint Vassallo) ħa l-ewwel rebħa tas-sena fit-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni. Dan żied fil-ġiri fl-aħħar 200 metru biex qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Estak Gentil (Rodney Gatt) u Faon De La Vitard (Jesmar Gafa’). Optimus M.M. (Marco Debono) kellu wkoll pjazzament tajjeb fir-raba’ pożizzjoni. 

Fit-tielet heat u l-aħħar heat Bronze, Rose Lloyd (Dwayne Farrugia), li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox fl-aħħar 300m. Dan inqabeż minn Flash Du Rabutin (Charles Camilleri) li akkwista t-tieni rebħa nfila tiegħu faċilment b’vantaġġ ta’ erba’ tulijiet minn Cupidon De Bassard (Sam Cassar) u Felin Du Dropt (Clint Vassallo). Festin d’Avenir (Dylan Baldaccħino) kien l-aħħar żiemel li għadda għall-finali. 

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamine d’Hawai (R. Gatt) Hin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Incredible Magic (C. Camilleri) 3. Grace d’Auberville (C. Caruana) 4. Friend (N. Azzopardi) 

II Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Crack De Bas (C. Calleja) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Fils Du Soir (C. Camilleri) 3. Onas My (M. Fenech) 4. Doora (Cherise Farrugia)

III Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Galerno Valou (C. Vassallo) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Estak Gentil (R. Gatt) 3. Faon De La Vitard (J. Gafa’) 4. Gladiateur Flower (P. Galea) 

IV Tiġrija. Semifinali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Flash Du Rabutin (C. Camilleri) Hin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Cupidon De Bassard (S. Cassar) 3. Felin Du Dropt (C. Vassallo) 4. Festin d’Avenir (D. Baldaccħino) 

V Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Livi Majesty (R. Gatt) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Dgin Du Caux (J. Gafa’) 3. Cekito De Jupilles (N. Baldaccħino) 4. Baqualito Mag (Ch. Degiorgio) 

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. On Track Paul (C. Calleja) 3. Dollar De L’Iton (R. Gatt) 4. Fast Loulou (N. Baldaccħino) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dream (L. Ghigo) Hin – 2.40.8” (1.15.2”) 2. Baron De Majuag (A. Grech) 3. Crusoe d’Anama (C. Camilleri) 4. Capitaine France (M. Axisa)

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Denka Du Frau (J. Gafa’) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Colorado Telbe (C. Vassallo) 3. Brise Des Ulmes (C. Gauci) 4. Joyus (C. Calleja) 

IX Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Asko Giant (P. Galea) Hin – NTR 2. Ami (N. Baldaccħino) 3. Cadol De La Noemie (C. Camilleri) 4. Boom Boom Becker (N. Barbara) 

Ekonomija

Sport