Tuesday, May 14, 2024

“Ir-Russja qed tattakka l-iskejjel u l-isptarijiet” – Id-DPM Ukrena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Ukrena qalet li r-Russja qiegħda tattakka lill-Ukreni fl-isptarijiet, fin-nurseries u anke fl-iskejjel.

Olha Stefanishyna qalet li wara “reżistenza b’saħħitha” mill-armata Ukrena, ir-Russja wettqet “operazzjoni enormi” kontra ċ-ċittadini.

Hija akkużat lir-Russi bi “pjan terroristiku”, b’attakki li ġejjin mill-ajru kif ukoll mill-art.

L-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija qalet li l-faċilitajiet tas-saħħa sfaw fil-mira ta’ attakki li fihom indarbu u mietu diversi persuni.

Il-Gvern Ingliż ukoll qiegħed jakkuża lir-Russja li qiegħda tixħet il-mira tagħha fuq żoni popolati f’diversi lokazzjonijiet.

Sport