Saturday, May 4, 2024

Kif tista’ tapplika għal dokumenti għall-votazzjoni speċjali?

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara  li rċevewh,  u dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali tal-25 ta’ Frar, 2022, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluż dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom,  li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument  għall-votazzjoni speċjali. Il-votant għandu jmur fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identità.

Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif  jidher hawn taħt:

Mit-Tnejn sal-Ħadd, mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Nhar l-Erbgħa, it-23 ta’ Marzu (l-aħħar jum), mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sad-9.00 p.m.

Dawk il-votanti rreġistrati fit-13-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota.

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon f’Malta 21418622 u f’Għawdex 21556317.

Sport