Saturday, September 14, 2024

It-tifel ta’ Rooney, Kai, jiskorja erba’ goals għal Man Utd kontra Liverpool U/12 …

Aqra wkoll

Ritratt: THESUN.IE

It-tifel ta’ Wayne Rooney, Kai, skorja erba’ goals għal Manchester United  kontra Liverpool f’partita ta’ Taħt it-12-il sena.

Iżda dawn l-erba’ goals ma kienux biżżejjed minħabba li Liverpool ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4.

Huwa ilu kważi sena mar-Red Devils fejn iffirma kuntratt f’Diċembru li għadda u lejn tmiem il-kampjonat 2020/21 huwa skorja hat-trick kontra Stoke City fil-kampjonat ta’ Taħt il-11-il sena.

Ta’ min jgħid ukoll li t-tifel ta’ Cristiano Ronaldo, Ronaldo Jr, mistenni jingħaqad mat-team fil-ġimgħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport