Wednesday, December 25, 2024

It-tifla Ukrena bdiet tingħata l-kura fl-Isptar Sir Anthony Mamo

Aqra wkoll

Id-deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kkonferma li t-tifla Ukrena ta’ sitt snin waslet Malta biex tkompli tingħata kura kontra l-marda tal-kanċer.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha inawgura ċentru tal-komunità f’Ħal Tarxien, il-Ministru għas-Saħħa ddikjara li t-tifla diġà bdiet tingħata l-kura fl-Isptar Sir Anthony Mamo.

It-tifla Ukrena waslet f’Malta b’inizjattiva mill-Gvern Malti biex joffri għajnuna umanitarja lill-Ukreni maqbuda fil-gwerra anke minħabba li ħafna mill-isptarijiet t’hemm spiċċaw mġarrfin fl-attakki.

Ekonomija

Sport