Friday, May 17, 2024

Liverpool iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni ta’ Marcus Rashford

Aqra wkoll

Liverpool qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni ta’ Marcus Rashford ma’ Manchester United, bir-Reds ‘jagħrfu li huma ammiraturi’ tal-attakkant.

Il-player ta’ 24 sena hu maħsub li qed jikkunsidra l-futur tiegħu f’Old Trafford, u numru ta’ clubs qed ikomplu jkunu marbuta mas-servizzi tiegħu.

Barcelona ‘esprimew interess’ li jiffirmaw lill-internazzjonali Ingliż, iżda Liverpool qed isegwu wkoll l-iżviluppi f’Old Trafford.

Rashford mhux qed ifittex li jħalli lir-Red Devils minkejja l-iżviluppi riċenti u minflok irid jiftaħ taħditiet dwar ftehim ġdid fit-tul.

Il-ftehim attwali tal-internazzjonali Ingliż f’Manchester għandu jiskadi f’Ġunju tal-2023, għalkemm il-club għandu l-għażla li jattiva estensjoni ta’ sena fuq il-ftehim.

Rashford skorja ħames goals u rreġistra żewġ assists f’26 dehra għar-Red Devils dan l-istaġun, u rnexxielu jiskorja biss erba’ goals fil-Premier League.

L-attakkant ġie utilizzat bħala sostitut fit-tieni taqsima għal Manchester United fit-tieni leg tar-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League kontra Atletico Madrid nhar it-Tlieta iżda tħabat biex iħalli l-marka tiegħu fit-telfa ta’ 1-0 tat-team tiegħu f’Old Trafford.

Sport