It-tim lokali tal-kickboxing Wu Shu Ky kompla jagħmel lil Malta kburija bil-prestazzjoni eċċellenti tagħhom fil-Kampjonati Dinji tal-World United Martial Arts (WUMA) li saru f’Argos, il-Greċja matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Il-kompetizzjoni, li żvolġiet fi tmiem il-ġimgħa, rat lil dawn l-atleti juru l-ħiliet notevoli tagħhom u d-determinazzjoni bla waqfien, li fl-aħħar wasslu għar-rebħa tagħhom.
Taħt il-gwida tas-Sensei Alan Borg u bid-dedikazzjoni ta’ għalliema oħra tal-klabb, it-tim kiseb żewġ rankings fl-ewwel post, assigurati minn Jake Fenech u Luca Aquilina (fejn ghadu ġej minn rebħa oħra ġewwa l-Arena Combat Sport li saret Montekristo).
Barra minn hekk, ġlieda oħra rriżultat fit-tieni post mill-qrib għal Lucas Grech u t-tielet post għal Isaac Abela fil-kategorija ta’ taħt il-55kg filwaqt li sfortunatament, kontestant wieħed ma setax jikkompeti minħabba injury tal-avversarju.
Wara li għadda minn taħriġ rigoruż għal dawn l-aħħar xahrejn bi tħejjija għal dan l-avveniment, Wu Shu Ky kickboxing Club żgur ħasad il-premjijiet b’dawn ir-riżultati impressjonanti.
Prosit lil Team Malta għas-suċċess mistħoq tagħhom filwaqt li l-assoċjazzjoni Maltija tirringrazzja lil Tourism Zones Regeneration Agency taħt il-kappa tal-Ministeru tat-Turizmu sportiv tal- għajnuna lill-atleti Maltin.
Dan hu s-sabiħ tal-għaqda fl-isport li jġib miegħu, meta tara anke l-entitajiet jemmnu u jikkoperaw fiż-żgħażagħ Maltin .