Wednesday, July 24, 2024

It-tim nazzjonali tat-table tennis se jieħu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tat-table tennis se jieħu sehem fil-kampjonati Ewropej taż-żgħażagħ organizzat mill-European Table Tennis Union (ETTU).

Dalgħodu l-iskwadra ta’ disa’ plejers żgħażagħ immexxija mill-coaches Mario Genovese u Edward Baldacchino telqu lejn Malmo fl-Iżvezja sabiex jipparteċipa f’dan it-tournament li jibda nhar il-Ġimgħa li ġej u jibqa’ sejjer sal-21 ta’ Lulju.

Il-Maltin huma rrappreżentati minn plejers fil-kategoriji ta’ taħt il-15-il sena, taħt id-19-il sena kemm subien kif ukoll bniet.

Under 15 Subien – Neil Incorvaja, Oliver Farrin-Thorne, Matthew Zammit
Under 19 Irġiel – Luke Bonello, Luke Fenech, Sebastian Farrin-Thorne
Under 19 Nisa – Anthea Cutajar, Rachel Mifsud, Alice Mariani.

B’kollox se jieħdu sehem 16-il tim fejn il-Maltin se jipparteċipaw kemm fil-kategorija singles kif ukoll dik doubles.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport