Friday, December 13, 2024

“It-tmexxija ġdida ta’ Abela mill-bidu tat spazju lil nies differenti biex isemmgħu leħinhom” – George Azzopardi

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi qal li t-tmexxija ġdida tal-mexxej Robert Abela mill-bidu tat spazju lil nies differenti biex isemmgħu leħinhom u jkunu parti mill-bixra l-ġdida tal-partit. 

F’kummenti ma’ talk.mt, Azzpoardi qal: “Id-djalogu kellu jitpoġġa fil-qalba ta’ kif nagħmlu l-politika. Kien bis-saħħa t’hekk li nftaħna għal ideat ġodda. Għalhekk inħoss entużjażmu ġdid mill-attivisti, il-voluntiera u n-nies fi ħdan il-partit.”

Osserva l-fatt li dan kollu sar f’perjodu li ġab l-isfidi tiegħu għalhekk jemmen li għadu verament il-bidu. 

Temm jgħid: “Nemmen li ż-żmien li ġej se joffrilna aktar ċans li niltaqgħu ma’ iktar nies u nkomplu nattiraw aktar nies li jkomplu jsaħħuna bħala organizzazzjoni.”

Ekonomija

Sport