Friday, May 17, 2024

Approvat il-permess biex jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella fis-Salib tal-Għolja

Aqra wkoll

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech laqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li issa approvat il-permessi tax-xogħolijiet neċessarji biex jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella tal-Lunzjata fis-Salib tal-Għolja.

Grech fakkar li x-xogħlijiet inizjali bdew lura f’April 2020 meta beda l-proċess ta’ testijiet li kienu rikjesti jsiru kif ukoll bdew jsiru t-toqob fondi fil-blat biswit l-kapella, sabiex jittieħdu kampjuni mil-blat u t-tafal ta’ taħt din il-kapella.

Huma rringrazzja lir-Restoration Directorate, lill-Gvern Malti u lill-Ministru Jose Herrera fejn nnota kif bis-saħħa tagħhom se jkunu jistu jibdew dawn ix-xogħolijiet wara snin twal ta’ telqa.

Grech temm jgħid: “Grazzi li se tkun qed tippreservaw patrimonju tant għal qalb is-Siġġiwin u li fi ftit ta’ żmien ieħor se jkollna din il-Kappella rrestawrata flimkien mal-Vari li jinsabu mat-telgħa li tagħti lejn din il-Kapella.”

Sport