Saturday, May 18, 2024

ARA: “Naqblu li l-vaċċin ikun aċċessibbli, imma mhux infurzat”

Aqra wkoll

Protesta fil-Belt kontra ċ-Ċertifikat Diġitali tal-Covid-19

Quddiem il-bini tal-Parlament dalgħodu nġemgħet folla nies bi protesta kontra ċ-Ċertifikat Diġitali tal-Covid-19, dak magħruf bħala l-Green Pass. Din il-protesta saret proprju jum qabel li se jkunu rilaxxati numru ta’ restrizzjonijiet imposti minħabba l-Covid-19, liema rilaxxaxament se jkun qiegħed japplika għall-persuni li ħadu l-booster.

YouTube video

Fil-protesta msejħa mill-Partit Popolari ħadu sehem ukoll il-Partit ABBA, il-Freedom Movement, Libertà, il-European United for Freedom, Parents United u The20%, kellha t-tema prinċipali “No Green Pass”, kontra ċ-Ċertifikat Diġitali tal-Covid-19 li se jibda jintuża minn għada. Fl-istess ħin, għajta oħra kienet dik kontra li l-vaċċin ikun infurzat. 

F’kumment li l-Kordinatur tal-Istampa tal-Partit Popolari u l-Freedom Movement, Raymond Ambrogio, ta lil dan is-sit qalilna li, “aħna naqblu li l-vaċċin ikun aċċessibbli, imma mhux infurzat. Jiġifieri għandha tkun għażla personali jekk jittieħidx jew le. Jiena vaċċinat imma se nkun preżenti biex nipproteġi d-drittjiet umani ta’ min ma jridx jieħu l-vaċċin. B’mod indirett hemm min se jieħdu bilfors”.

Paul Richard Chetcuti, xjenzat ikkwalifikat u amministratur tal-paġna tal-Facebook “Freedom Movement” min-naħa tiegħu wkoll ikkonferma li l-għan tal-protesta huwa li jiġġieldu għad-drittijiet tal-bniedem. Huwa qal li n-numri li qegħdin naraw bħalissa m’humiex tal-Covid-19 biss iżda inklużi dawk tal-influwenza u dan minħabba li l-PCR test mhuwiex jagħraf id-differenza bejn iż-żewġ viruses.

Spjega li, “meta persuna jkollha influwenza, m’hemmx għalfejn toqgħod tittaqqab kull tliet xhur”. Chetcuti qal ukoll li t-tielet doża mhiex immirata għall-vajrant Omicron għax din ħarġet qabel u li t-tilqima, “liċenzjata mill-FDA bħala esperiment”  li tkun mandatorja hija falza wkoll għax hemm kollox ippreparat li jibqgħu għaddejjin sat-tmien doża.

Chetcuti qal li kontra għal dak li ħafna jaħsbu, huma m’humiex kontra t-tilqim iżda qegħdin jitkellmu dwar l-umanità. Spjega li se jintilfu ħafna xogħlijiet u li d-diparimenti tal-gvern, il-knejjes u l-postijiet pubbliċi wkoll se jingħalqu għal dawk li m’għandhomx tilqima.

YouTube video

“Aħna ngħixu f’kostituzzjoni li tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u f’pajjiż demokratiku u bħala moviment m’humiex se nieqfu fil-protesta tal-lum iżda se jibqgħu jiġru wara l-gvern għax m’aħniex se jaċċettaw ir-regolamenti li se jidħlu fis-seħħ minn għada. Aħna se nibqgħu niġru fit-toroq sakemm jirtira totalment kulma għandu l-gvern bħala miżuri,” temm Paul Richard Chetcuti. 

In-nies iltaqgħu quddiem il-Parlament u minn hemm imxew lejn Pjazza San Ġorġ fejn saru diversi diskorsi b’dak tal-għeluq mill-Kap tal-Partit Popolari, Paul Salomone.

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jsir obbligatorju f’dawn il-postijiet:

  • Bars u nightclubs
  • Ristoranti
  • Clubs u każini, inkluż il-bowling alleys u postijiet tad-divertiment
  • Cinemas
  • Snack bars
  • Teatri
  • Gyms u fitness centres
  • Casinoos, postijiet tal-logħob u tat-tombla
  • Pools, spas u saunas
  • Avvenimenti organizzati

Minkejja kollox, minn għada xorta jistgħu jidħlu fi stabbilimenti dawk ‘il fuq minn 18-il sna u li għadhom bla booster. Jekk m’għaddewx tliet xhur mit-tieni doża xorta jistgħu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Sport