Thursday, April 18, 2024

It-tmien rebħa staġjonali ta’ Gigant Well fil-finali Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa nieżel is-siparju fuq is-sensiela ta’ kampjonati Sajfin għall-klassijiet kollha. Fil-fatt din il-41 laqgħa tal-istaġun inkludiet seba’ tiġrijiet fuq distanza ta’ 2140m kollha finali għal żwiemel minn diversi klassijiet. Spikkat l-aktar dik tal-klassi Premier li kienet mirbuħa minn Gigant Well misjuq minn Charles Degiorgio. Kienet ukoll serata memorabbli għal Rodney Gatt li rnexxilu jirbaħ tlieta mis-seba’ finali li ġew organizzati.

Dawn il-kampjonati saru bl-għajnuna tal-kumpanija Malta Equidrome li għandha t-tmexxija tal-kumpless tal-korsa tal-Marsa.  Tnax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fil-finali Premier. F’idejn Charles Degiorgio, Gigant Well żied il-pass sew fl-aħħar metri biex irnexxilu jieħu t-tmien rebħa staġjonali tiegħu minn Concerto Royal (Charles Camilleri) u l-favorit Antoine Du Bourg (Redent Magro). Vencedor (Paul Galea) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Iż-żiemel rebbieħ hu propjeta’ ta’ Jean Xuereb li matul is-serata rnexxilu jirbaħ finali oħra tal-klassi Silver A b’Baqualito Mag li wkoll kien misjuq minn Degiorgio. Ir-rebbieħ tal-finali Premier kellu medja ta’ 1.12.5” fil-kilometru.

Ferm bilanċjata kienet il-finali tal-klassi Gold bi dwell eċċitanti jiżviluppa fl-aħħar metri bejn Casino d’Ourville (Rodney Gatt) u Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras). Kien tal-ewwel li ħa t-tieni rebħa konsekuttiva u t-tielet tas-sena b’Livi Majesty (Charles Camilleri) u Connecticut (Michael Ellul) itemmu warajhom f’dik l-ordni.

L-istaġun 2022 issa jitkompla f’nofs Settembru li ġej.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Finali Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Follow Vet (C. Camilleri) 3. Haita Du Vieuxcour (P. Galea) 4. Voyou Du Javron (T. Mallia)

II Tiġrija. Finali Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Fakir Piya (R. Gatt) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Gina Bergil (P. Galea) 3. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 4. Fox Trot Maybe (M. Debono)

III Tiġrija. Finali Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Denver Haufor (R. Gatt) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) 3. Etel Du Pilet (P. Galea) 4. Dieu d’Occagnes (C. Camilleri)

IV Tiġrija. Finali Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Casino d’Ourville (R. Gatt) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Livi Majesty (C. Camilleri) 4. Connecticut (M. Ellul)

V Tiġrija. Finali Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Baqualito Mag (C. Degiorgio) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. After Eight (C. Camilleri) 3. Asko Giant (P. Galea) 4. Cekito De Jupilles (R. Magro)

VI Tiġrija. Finali Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Gigant Well (C. Degiorgio) Ħin – 2.35” (1.12.5”) 2. Concerto Royal (C. Camilleri) 3. Antoine Du Bourg (R. Magro) 4. Vencedor (P. Galea)

VII Tiġrija. Finali Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Fiston d’Haufor (R. Magro) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Evident Charm (P. Galea) 3. Diamant Nonantais (D. Casha) 4. Iglesias Boshoeve (R. Gatt)

Ekonomija

Sport