Saturday, November 23, 2024

“It-tnaqqis fit-taxxa tal-boll tat riżultati immedjati” – il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

F’laqgħa mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-proposta li tressqet u li ġiet implimenta mill-gvern fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika biex it-taxxa tal-boll tonqos minn 5% għal 1.5%, tat riżultati immedjati tant li ħalliet impatt pożittiv fuq l-impjiegi.

Il-Prim Ministru qal li għall-kuntrarju ta’ dak li ġara f’pajjiżi oħrajn, f’Malta n-nies qiegħda naqsu b’0.4%.

Matul il-laqgħa f’Kastilja bħala parti minn konsultazzjoni għall-baġit għas-sena d-dieħla, il-Prim Ministru nnota li l-Assoċjazzjoni qed timxi bi professjonalità għax mhux biss qed tħares lejn l-interessi tal-membri tagħha iżda wkoll ta’ kif se jibbenefika l-pajjiż.

Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti faħħar il-ħidma li saret mill-Prim Ministru Abela u mill-gvern biex implimenta l-iskema tat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll u qal li din kienet kruċjali biex is-settur irreġistra rekord ta’ konvenji mill-2017 ’l hawn għal erba’ xhur konsekuttivi.

Is-Sur Chetcuti ppreżenta wkoll 15-il proposta biex jiġu kkunsidrati mill-gvern fil-preżentazzjoni tal-Baġit 2021. Fost dawn semma t-tiġdid tal-iskema tal-First Time Buyers, l-estensjoni u emendi fl-inċentivi li ddaħħlu wara l-Covid-19 marbuta mat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll u taxxi fuq il-kapital u dħul ta’ għotjiet għal kulħadd fuq kull tip ta’ xogħol ta’ tisbiħ ta’ faċċati u faċilitajiet favur l-ambjent bħalma huma green roofs u roof gardens.

Sport