Wednesday, April 24, 2024

“L-imħabba tagħna lejn William qatt ma naqset”… Jibżgħu li dawk ħatfuh imutu u ma tinħariġx il-verità

Aqra wkoll

Għeb f’Settembru tas-sena 2014. Kien tifel li kellu biss ftit snin. Tifel li kien ferraħ u mela id-dar ta’ koppja li kienu qegħdin jagħmlu l-fostering miegħu. Ħabta u sabta inħataf. Il-ġenituri ilhom snin jitħabtu biex jiskopru x’kien ġara u għaliex għeb f’post fil-kosta ta’ New South Wales fl-Awstralja. It-tifel William Tyrrell li kellu tlett snin,   hu suġġett ta’ inkjesta li issa jidher li waslet lejn it-tmiem tagħha.

Missieru quddiem l-inkjesta iddikjara li “l-imħabba tagħna lejn William qatt ma naqset. Allavolja għadda iż-żmien din baqgħet l-istess. Idejja għadhom sal-lum ikunu jridu jgħannuh”.

L-investigaturi, waħda mill-problemi li kienu qed jiffaċċjaw  kienet dik li m’hemmx evidenza forensika. Jidher li anki ir-riżorsi tal-Pulizija li kienu disponibbli għal dan il-każ kienu skarsi. 

Il-ġenituri qed jibżgħu li l-persuni li setgħu wettqu dan il-ħtif, setgħu anke mietu u għalhekk dan jagħmilha diffiċli ħafna biex tinħareġ il-verità.

Bil-ġenituri jiddikjaraw li l-aktar inkwiet tagħhom hu li min ħatfu għadu jiġri barra, qalu li t-tifel dejjem kellu ix-xewqa li jingħaqad mal-Pulizija meta jikber.  Ommu spjegat fl-inkjesta kif hu kien jieħu gost jisma’ l-istejjer li kienet taqralu ta’ ‘Fireman Sam”. 

Il-ġenituri naturali ta’ William ukoll ikkummentaw u qalu li dawn kienu sitt snin ta’ uġigħ kbir. 

Ir-riżultat tal-inkjesta mistenni jkun pubblikat f’Ġunju tas-sena 2021. It-tifel kien għġeb f’Kendall fit-12 ta’ Settembru tas-sena 2014 waqt li hu kein qed jilgħab fid-dar tan-nanna ta’ l-omm li kienet qed tiffosterjah.  Tyrrel baqa’ qatt ma instab. Kien inħareġ premju ta’ anke $1 miljun għam min jagħti dettalji biex jinstab it-tifel.

It-tifel kien għeb b’mod misterjuż ħafna. Hu kien qed jilgħab ma’ oħtu għand in-nanna tiegħu. Jidher li huma kienu qed jilagħbu noli kemm fil-ġnien ta’ quddiem id-dar u anke f’dawk ta’ wara. Ommu li ffosterjatu u ommha kienu fuq barra jaraw it-tfal jilagħbu.  F’ħin minnhom ommu daħlet ġewwa biex tagħmel ftit kafe u anke biex tara fejn hu it-tifel għax kienet ilha xi ħames minuti ma tisimgħu.  It-tifel baqa’ qatt ma instab. 

Sport