Wednesday, March 27, 2024

Il-fergħa tal-BOV tal-Ħamrun tingħalaq temporanjament wara li impjegat jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

Il-fergħa tal-Ħamrun tal-Bank of Valletta se tkun qed tingħalaq temporanjament wara li llum wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għall-COVID-19.

Il-Fergħa se tiġi diżinfettata skont il-gwidi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li hija sigura sabiex titħares is-saħħa kemm tal-klijenti kif ukoll tal-impjegati tal-Bank. F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju, dawn se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contract tracing.

Fi stqarrija li ħareġ il-Bank of Valletta qal li se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-istaff tiegħu. Il-Bank ħeġġeġ lill-klijenti biex jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, il-BOV Mobile Banking, il-BOV Pay u l-BOV Debit u l-Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti. Il-BOV temm jgħid li l-klijenti li jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.

Ekonomija

Sport