Monday, May 13, 2024

It-tobba jisħqu li l-professjonisti tas-saħħa għandhom jitlaqqmu fi żmien ħames ġimgħat

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qed tħeġġeġ lill-Gvern biex iħaffef il-proċess tal-vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19. Dan hekk kif saħqu li l-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa għandhom jieħdu t-tilqima fi żmien ħames ġimgħat.

L-Assoċjazzjoni tat-tobba qalet li l-professjonisti tas-saħħa għandhom jirċievu l-ewwel doża fi żmien ġimagħtejn, filwaqt li jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin fi żmien l-ewwel ħames ġimgħat.

Il-MAM qalet li filwaqt li l-pass bil-mod ta’ 50 vaċċinazzjoni kuljum kienet aċċettabbli għall-ewwel ftit jiem sakemm ikun hemm il-proċeduri korretti fis-seħħ, il-Ministeru għas-Saħħa jeħtieġ li jħaffef ir-rati tal-vaċċinazzjoni biex jinqabżu t-300 tilqima kuljum.

L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li r-rata għandha tiżdied għal eluf kuljum ladarba l-poplu inġenerali jibda jitlaqqam.

Intant waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li kienet inżammet nhar is-Sibt li għadda mal-wasla tal-ewwel 10,000 vaċċin f’Malta, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-ewwel ġimgħa l-pjan huwa li jiġu mlaqqmin elfejn persuna. Dan jibqa’ tiela’ sakemm jilħaq l-20,000 persuna li jiġu mlaqqmin fil-ġimgħa, b’dan iwassal biex sas-sajf tintlaħaq il-herd immunity kontra l-virus.

Sport