Saturday, March 7, 2026

It-tobba kienu qalulha biex tagħmel abort … illum għandu 11-il sena u sar abbati 

Aqra wkoll

Meta t-tobba kien rrikomandaw abort, il-ġenituri tiegħu għażlu li jkomplu bit-tqala. Ħdax-il sena wara, Miguel Lopes—tifel bid-Down Syndrome—issa jaqdi l-irwol tiegħu bħala abbatin fil-parroċċa tiegħu fil-Brażil u qed imiss il-qlub bil-preżenza tiegħu fuq l-artal.

Miguel minkejja li għandu 11-il sena, għandha imħabba kbira għal Ġesù. Fuq kollox, għandu wkoll xi ħaġa speċjali: il-kuraġġ li jaqdi u jispira l-Knisja.

Meta ommu Tássia, kienet tqila bih. It-tobba qalulha li l-unika soluzzjoni hija li l-omm tagħmel abort. Madanakollu, l-omm u żewġha għażlu li jimxu ‘l quddiem fil-fidi.

Mit-twelid, Miguel iffaċċja diversi kumplikazzjonijiet tas-saħħa, iżda kiber mimli ferħ u ħajja. Minn ta’ età żgħira, esprima x-xewqa li jsir abbatin. Il-parroċċa tiegħu laqgħetu u fittxet modi differenti ta’ kif tista’ tgħinu 

Illum, Miguel jieħu sehem fil-Quddiesa: jinżel għarkupptejh, jitlob, u jgħin waqt it-Tqarbin. Il-preżenza tiegħu saret parti familjari u ferrieħa miċ-ċelebrazzjonijiet tal-komunità parrokkjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport