Thursday, November 14, 2024

It-torri tad-Dwejra se jkun irrestawrat

Aqra wkoll

It-torri tad-Dwejra se jkun qed jiġi rrestawrat. Minħabba dan  se jkollu jingħalaq sakemm  jitlesta.

Din l-Art Ħelwa, li hija responsabbli għall-manutenzjoni tat-torri, iddikjarat li dan ir-restawr huwa parti mill-proġett imsejjaħ ‘The Northern Coastal Watch’ li jinkludi r-restawr tat-torri ta’ Sant’ Agata ta’ Sdieri fil-Mellieħa (magħruf aħjar bħala t-torri l-Aħmar) u torri f’Kemmuna.

Dan il-proġett, li ġew dedikati għalih €468,352, tħabbar f’Jannar tas-sena 2018 u kellu jitlesta f’Ġunju tas-sena 2020. Irid jingħad li 80 fil-mija ta’ dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Programm Operattiv Ewropew għall-Iżvilupp 2014-2020 u huwa ffinanzjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA).

It-torri nbena fl-1562 mill-Gran Mastru Lascaris u għal xi perjodi tul it-Tieni Gwerra Dinjija, serva bħala għassa mill-forzi Ingliżi.

Fl-2015, dan it-torri kien fil-mira ta’ xi vandali li żebħu kliem dispreġjattiv fuqu.

Ekonomija

Sport