Saturday, November 23, 2024

It-tradizzjoni tal-offerta għall-irfigħ tal-vara fl-Imġarr ukoll affettwata mill-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

B’differenza għal snin oħra, minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-Covid-19, din is-sena ma nżammitx it-tradizzjoni antika fl-Imġarr li l-vara fil-purċissjoni tal-festa ta’ Santa Marija tintrefa’ minn min jagħmel l-ogħla offerta. 

Mat-tokki ta’ nofsinhar, għadd kbir ta’ nies kienu jinġabru fejn il-knisja, fil-ġurnata tal-festa li fl-Imġarr tiġi ċċelebrata Ħadd fuq Santa Marija, biex jaraw l-offerti differenti tar-reffiegħa.

Susseguentement, il-Kappillan tal-Parroċċa tal-Imġarr kien jitlob biex jersqu ‘l quddiem dawk il-gruppi li jkunu interessati jressqu l-offerti tagħhom, bil-grupp li joffri l-aktar minn fosthom ikun hu li jkollu d-dritt li jerfa’ l-istatwa ta’ Santa Marija.

Is-sena li għaddiet, għal darba oħra kien il-grupp ta’ Wistin Vella li kiseb dan id-dritt wara li offra s-somma rekord ta’ €17,000 b’parti kbira minnha tmur ukoll għall-karità. 

Din is-sena pero’ ttieħdet id-deċiżjoni biex din it-tradizzjoni, li tmur lura ħafna u ħafna snin, ma ssirx u dan minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19.

Sport