Monday, May 13, 2024

“It-traffikanti huma kriminali li ma jimpurtahomx mill-ħajjiet”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mistoqsi rigward it-traġedja ta’ dgħajsa kbira li għerqet fiż-żona tat-tfittxija u salvataġġ tal-Greċja u x’qiegħed isir biex jiġu evitati iktar imwiet, il-Ministru Camilleri qal li qegħdin nitkellmu fuq ħafna nies li mietu fuq l-istess rotta li ftit ġimgħat ilu kien għamel referenza għaliha minħabba li dakinhar ukoll kienu mietu viċin l-Italja f’Calabria.

“Dak iż-żmien tajt ukoll informazzjoni lil dan il-parlament fuq linja tal-ajru li tittraffika n-nies mill-Asja lejn Tobruk jew Benghazi biex imbagħad dawn jispiċċaw fuq din ir-rotta. Tant hu hekk li skont rapporti fuq il-midja, qed jissemmew ħafna persuni Asjatiċi li probabbli tilfu ħajjithom”, sostna Camilleri filwaqt li sostna li bħala Ewropej jeħtieġ li nkunu konvinċenti biex il-persuni ma jaqsmux lejn il-Libja u li dawn it-traġitti ma jsirux għax jekk dawn ikomplu jsiru aktar nies se jkomplu jmutu.

Żied jgħid li t-traffikanti huma nies kriminali li jaqilgħu l-flus mill-vulnerabbiltà ta’ dawk li jkunu lesti jagħtu kollox biex jaqsmu illegalment u ma jimpurtahomx li dawn jispiċċaw imutu.

Il-Ministru sostna li riċentament uffiċjali Maltin marru sa Benghazi biex iwasslu dan il-messaġġ u kien hemm min saħansitra kkritika lill-gvern Malti, iżda sostna li fi kwalunkwe parti tal-vjaġġ ħajjithom tiswa u jekk din ir-rotta tibqa’ attraenti se jibqgħu jintilfu l-ħajjiet.

Sport