Thursday, May 16, 2024

“Il-Pulizija żbaljaw f’ċirkostanza minnhom, iżda fl-oħra mxew fuq ordni tal-Maġistrat”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kien hemm żewġ istanzi fejn kien hemm allegazzjoni li l-Pulizija ħarġet notifika ta’ tfittxija għal persuna jew persuni mfittxija u kien hemm ċirkostanzi differenti fuq kull każ. Infurmat li ċirkostanza minnhom il-Pulizija żbaljaw u ċirkostanza oħra kienu qegħdin jaġixxu fuq ordni tal-Maġistrat għax il-persuna naqas milli jidher fil-Qorti”. Iddikjara dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Joe Giglio rigward dawk li huwa sejjaħ sitwazzjonijiet imbarazzanti għall-Pulizija fl-aħħar ġimgħat.

Il-Ministru Camilleri kompla biex jgħid li b’hekk huwa ma jaħsibx li fit-tieni ċirkostanza żbaljaw filwaqt li fl-ewwel każ jidher li iva kien hemm żball.

“Naħseb li żbalji hekk ikunu ħasra fi żmien fejn ewrobarometru wara l-ieħor ikkonfermaw li l-fiduċja tan-nies fil-pulizija żdiedet. Nifhem li meta jaħdmu n-nies se jkollok l-iżbalji imma ma niġġustifikahx u nistenna li dawn l-iżbalji ma jsirux. Nistenna li meta jkollna ċirkostanzi bħal dawn jittieħdu kwalunkwe deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu”, kompla biex iwieġeb Camilleri.

Sport