Monday, December 9, 2024

“It-traffiku minn ġewwa l-belt Victoria irridu nnaqqsuh bis-saħħa”- Il-Ministru Clint Camilleri

Aqra wkoll

Fil-Parlament, ilbieraħ Il-Ministru Clint Camilleri tkellem ukoll dwar it-toroq u kif matul din is-sena tkompla l-investiment biex jinbnew mill-ġdid it-toroq arterjali. Fl-aħħar ta’ din is-sena mistenni titlesta t-triq ta’ Wara s-Sur li flimkien ma’ Triq l-Imgħallem ser iservu bħala rotta alternativa biex jitnaqqas it-traffiku minn ċentru tar-Rabat.
Aktar minn hekk, inħolqot junction ġdida sabiex il-bottleneck li kien jeżisti minn dejjem ġie eliminat għal influss aħjar tat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet.
Fl-istess waqt inbeda x-xogħol fuq Triq Ġorġ Pisani li għandha tingħaqad ma’ Triq Patri Ċaċintu Camenżuli u wara ma’ Triq Marsalforn. Din it-triq ġdida ser isservi ukoll ta’ alternattiva oħra għat-traffiku sabiex kull vettura li tkun sejra jew ġejja minn Marsalforn ma tridx tgħaddi aktar miċ-ċentru tar-Rabat. Dan ser ikun ifisser mill-ġdid riduzzjoni tat-traffiku li jgħaddi minn nofs Għawdex

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport