Monday, December 9, 2024

L-Ispeaker jiċħad ilment ta’ Delia dwar il-leak tal-Pre-Budget Document tal-PN

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anglu Farrugia, ċaħad l-ilment tal-eks kap Nazzjonalista Adrian Delia fejn qal li l-Prim Ministru kien qiegħed jirreferi għalih meta semma l-leak tal-Pre-Budget Document tal-Partit Nazzjonalista.

Aktar minn hekk l-Ispeaker qal fir-ruling tiegħu li Delia kellu jressaq dan il-ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Prim Ministru fis-seduta tal-5 ta’ Novembru u mhux kif għamel hu ressqu wara dik id-data fil-fatt ressqu ġurnata tard.

L-ilment li ressaq Delia kien jgħid li “waqt id-diskors jew ir-replika tal-baġit, il-Prim Ministru għoġbu jsemmini f’istanza partikolari u insinwa jew allega li jien kont illikjajt id-dokument imsejjaħ, jew hekk imsejjaħ, ‘pre-budget document’ lill-Gvern jew lill-Partit Laburista. Dan ġie anke rrapportat mill-ġurnali lokali.”

L-Ispeaker qabel ta r-ruling tiegħu ra l-ġurnali li skont Delia kienu qegħdin jagħmlu referenza għalih. Hawn Dr Farrugia qal li fl-ebda ħin mill-investigazzjoni li għamel ma kien irriżulta dan.

Għalhekk Dr Farrugia filwaqt li ċaħda l-ilment ta’ Delia qal li s-Sedja “mhux tarax li l-Prim Ministru kien qed jagħmel referenza diretta għall-Onor. Adrian Delia dwar xi leak tal-pre-budget document.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport