Tuesday, December 24, 2024

It-trakka tal-karozzi… l-MMF se tipprezenta rapporti bħala parti mill-proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet li s-sit tat-trakka kien magħżul wara ħafna diskussjonijiet u kunsiderazzjonijiet. Hija qalet li kien għalhekk li kienu skartati proposti antiki li saru anke għal Ħal Far. Dan peress li kienu jieħdu ferm iktar art u setgħu kienu ta’ inkovenjent għar-residenti għax kienu jersqu viċin tagħhom wisq.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li llum bis-sehem ta’ esperti internazzjonali, tfasslet trakka li ħadet l-inqas art possibbli u li se tkun tinkludi fiha anke miżuri ta’ mitigazzjoni li saħansitra huma maħsuba biex jindirizzaw l-attività li diġà hemm illum.

Spjegat li l-applikant tat-trakka, li hija l-Malta Motorsport Federation, mistennija li tippreżenta rapporti bħala proċessi tal-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif mitlub mill-awtoritajiet konċernati.

Il-Ministru Farrugia Portelli tenniet dan meta kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari li saritilha mid-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone dwar jekk sarx impact assessment tal-ħsejjes u l-kwalità tal-arja.

Ekonomija

Sport