Sunday, December 22, 2024

It-Tramuntana tal-Ġermanja milqut minn maltempata qalila

Aqra wkoll

Maltempata qalila laqtet il-kosta tat-Tramuntana tal-Ġermanja, liema maltempata wasslet biex l-awtori­tajiet joħorġu twissija ta’ għargħar f’diversi żoni fost­hom anke ġewwa Hamburg. 

Is-suq tal-ħut famuż ta’ Hamburg spiċċa mgħarraq wara li l-livell tax-xmara Elbe għola b’4.2 metri iktar mil-livelli normali.

Apparti hekk, is-servizz tat-temp tal-Ġermanja wissa wkoll dwar riħ b’qawwa ta’ uragan ġewwa t-Tramuntana tal-pajjiż liema riħ jista’ jilħaq veloċità ta’ 100 kilometru fis-siegħa.

Fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd il-ħaddiema tas-salvataġġ ġewwa Hamburg kellhom jirrispondu għal 450 telefonata ta’ emerġenza. Ġewwa din il-belt għadd ta’ siġar tqaċċtu u mblukkaw numru ta’ toroq filwaqt li żewġt irġiel kellhom jiġu salvati.

Ekonomija

Sport