It-trasferiment tal-midfielder internazzjonali Franċiż ta’ Juventus, Adrien Rabiot, ma’ Manchester United jinsab qrib li jisfaxxa.
Ir-Red Devils laħqu ftehim mal-Bianconeri li titħallas is-somma ta’ £15.2 miljuni iżda ma jistgħux jilħqu ftehim mal-player ta’ 27 sena.
Dan minħabba li l-aġent tiegħu, li hija ommu stess, qed titlob salarju ta’ £6 miljuni fis-sena, jiġifieri, £115,000 fil-ġimgħa. Iżda l-United mhumiex lesti li jħallsu din is-somma.
Il-kuntratt ta’ Rabiot ma’ Juventus jintemm f’Ġunju li ġej u għaldaqstant qed jagħmlu minn kollox biex jinnegozjaw lil dan il-player għax inkella jitlaq b’xejn.