Monday, May 13, 2024

“Iva, hemm opportunità, il-poplu lest li jagħti ċ-ċans lill-Oppożizzjoni”

Id-deputat tal-PN Alex Borg jara tnaqqis fil-fiduċja fil-gvern

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg fid-diskors tiegħu waqt is-seduta parlamentari tal-lejla qal li sfortunatament ix-xena politika tul dawn l-aħħar snin tappnet ir-reputazzjoni tal-politika ta’ pajjiżna.

Borg qal li l-immaġini li ġiet impenġija matul is-snin kienet li l-politiċi huma kollha korrotti u dan qiegħed ikompli jimbotta lil dawk iż-żgħażagħ li xtaqu jew esprimew l-interess li jidħlu għal din l-isfida. 

Huwa ġab l-eżempju tas-sentenza tal-konċessjoni tal-Isptarijiet u l-mod ta’ kif skontu din iddawret f’partiġġjaniżmu u qal li dawn l-affarijiet qegħdin idejqu lill-poplu. 

Borg qal li mhumiex biss is-surveys li qegħdin juru li qegħdin jonqsu n-numri ta’ dawk li jemmnu fil-gvern preżenti u dan juri li hemm opportunità u ċans għax il-poplu lest li jagħti ċ-ċans lill-Oppożizzjoni biex jofrilu gvern alternattiv, iżda issa sta għalihom biex jikkonfermaw il-ħidma tagħhom. 

Sport