Sunday, May 19, 2024

Id-DPM jiċċara dwar in-nefqa ta’ €75 miljun għat-tmexxija ta’ sptarijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-figura msemmija hija l-figura li se tkun fil-budget tat-Tnejn li ġej. Dawn huma l-flus li l-gvern se jkun qiegħed jonfoq għas-sena li ġejja. Grazzi li għamilt din il-mistoqsija. Tajjeb li nispjegaw dwar l-ispejjeż fil-kuntest anke tas-snin li kien hawn Steward ġewwa Malta anke jekk dawn huma storja tal-passat”.

Wieġeb dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia rigward kummenti tal-Prim Ministru li qal li t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u dak ta’ Karin Grech qegħdin jiswew lill-gvern €75 miljun.

Fearne rrikonoxxa l-ħidma ta’ Delia li tħalla waħdu fil-kawża u qal xi kultant fil-Kamra jisħon id-dibattitu politiku u jintesa l-interess tal-partit.

Fearne spjega li mingħajr Steward fil-kwistjoni, il-gvern se jinvesti €75 miljun. Huwa qal li fost l-obbligazzjonijiet, bi Steward u mingħajr Steward il-gvern se jħallas għas-servizzi tas-saħħa li jridu jibqgħu jitħallsu. Fearne għamilha ċara li permezz ta’ arbitraġġ internazzjonali, il-gvern qiegħed ifittex lil Steward għall-obbligazzjonijiet li Steward naqsu milli jonoraw billi jġibu turiżmu mediku u li bl-introjtu li jġibu minnu jibnu l-isptarijiet. 

Aktar tard fis-seduta, Fearne kjarifika li minn informazzjoni li kiseb waqt li tkompliet is-seduta jista’ jippreċiża li parti mill-€75 miljun jinkludu l-pagi ta’ dawk in-numru żgħir ta’ ħaddiema li kienu impjegati direttament minn Steward. 

Sport