Friday, September 20, 2024

Ivan Perisic ma’ PSV Eindhoven

Aqra wkoll

L-attakkant veteran mill-Kroazja Ivan Perisic ingħaqad ma’ PSV Eindhoven bħala aġent ħieles. Il-plejer ta’ 35 sena temm il-kuntratt tiegħu ma’ Hajduk Split fejn lagħab biss tmien logħbiet f’sitt xhur u ddeċieda li jmur jilgħab fl-Eredivisie Olandiża.

L-eks plejer ta’ Inter, Tottenham Hotspur u Borussia Dortmund qal li jinsab eċitat li jibda din l-avventura ġdida u wiegħed li kif għamel ma’ timijiet oħra, se jiskorja ħafna gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport