Saturday, May 18, 2024

Ivan Toney attakkat b’abbuż razzjali fuq Instagram

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Brentford, Ivan Toney, ġie attakkat fuq Instagram b’abbuż razzjali wara li skorjaw ż-żewġ goals fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Brighton, il-Ġimgħa filgħaxija.

Toney deher irrabjat għal dan it-tgħajjir fejn sostna li għall-ewwel ma tax kas tiegħu iżda mbagħad iddeċieda li s-soċjetá trid tkun konxja ta’ dan it-tgħajjir.

Fi stqarrija, il-club ta’ Brentord qal li jikkundanna bil-qawwa kollha din l-imġieba diskriminatorja … fejn attakk fuq player wieħed … ikun ifisser attakk fuq kull membru tal-club.   

L-istess club li se jappoġġa lil Toney fejn se jgħaddi wkoll dak li nkiteb lill-pulizija biex tieħu l-passi meħtieġa.

Din mhux l-ewwel darba li l-player ta’ 26 sena u l-familja tiegħu kienu suġġett għall-razziżmu.

Peró Toney stqarr li din id-darba se jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex l-aggressur jieħu li ħaqqu.

Sport