Brentford City qed jirrassenjaw ruħhom li jitilfu lill-attakkant Ivan Toney waqt is-sessjoni li jmiss tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Fil-fatt, Chelsea u Arsenal huma intenzjonati li jiksbu s-servizzi ta’ dan il-plejer li għandu saħħa kbira fl-attakk.
Il-Blues jew il-Gunners huma lesti għalih u issa hi biss kwistjoni min se joffri l-iktar flus għalih.
Sadanittant, Brentford donnhom diġa’ sabu s-sostitut tiegħu hekk kif qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistaw lill-attakkant ta’ Norwich City Josh Sargent. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u s’issa skorja 11-il gowl f’24 partita.