Wednesday, July 24, 2024

Luis Enrique lura ma’ Barcelona?

Aqra wkoll

Diversi gazzetti Spanjoli qed isostnu li Luis Enrique jista’ jirritorna jmexxi lil Barcelona fi Spanja. Il-kowċ attwali ta’ Paris St Germain jinsab fuq quddiem tal-lista ta’ kowċis li jistgħu jieħdu post Xavi Hernandez li se jħalli l-kariga fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Id-direttur sportiv Deco qata’ qalbu li jġib lil Roberto de Zerbi ta’ Brighton u għalhekk qed imur fuq Enrique li jaf sew l-ambjent fil-Katalunja.

Bħalissa Luis Enrique għandu kuntratt sa Ġunju 2025 u l-ħsieb li jista’ jirritorna fil-Katalunja qed jimmotivah.

Ekonomija

Sport