Saturday, November 23, 2024

Iwaqqfuhom għal ċitazzjoni u jsibulhom tigra żgħira fil-bagoll

Aqra wkoll

Il-Pulizija Messikana waqqfu karozza biex jagħtuha ċitazzjoni minħabba sewqan ħażin. B’sorpriża kbira xħin fetħu l-bagoll tal-karozza sabu tigra żgħira.

Il-koppja li kienet fil-karozza bdew jaġixxu b’mod suspettuż hekk kif twaqqfu mill-pulizija u kien għalhekk li saret tfittxija fil-karozza.

Din mhix l-ewwel darba li jinstabu annimali eżotiċi mħobija fil-Messiku. Ħafna drabi dawn l-annimali jkunu għand persuni li jkunu qegħdin jittraffikaw id-droga.

Ikun hemm każi li dawn it-tip ta’ annimali jispiċċaw jiġu traffikati minn pajjiż għal ieħor u għalhekk jiġu moħbija fil-karozzi jew fit-trakkijiet tal-merkanzija.

Il-koppja mhux biss ingħatat ċitazzjoni, iżda wkoll spiċċat arrestata.

Sport