Sunday, May 5, 2024

Weston McKennie segwit minn tliet clubs Ewropej

Aqra wkoll

Tliet clubs Ewropej qed juru interess fil-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Juventus Weston McKennie. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Amerikana.

Sadanittant Tottenham Hotspur, Chelsea u Borussia Dortmund qed jevalwaw il-progress tiegħu hekk kif xi skawts ta’ dawn it-timijiet rawh fl-azzjoni ilbieraħ fil-logħba ta’ ħbiberija li Juventus kellhom kontra Standard Liege tal-Belġju li spiċċat fi draw ta’ 1-1. 

Il-Bianconeri lesti sabiex jinnegozjaw ma’ wieħed minn dawn it-timijiet u qed jistmaw li l-plejer jiswa madwar €25 miljun.

McKennie għandu kuntratt ma’ Juventus sa Ġunju 2025.

Sport