Monday, December 23, 2024

Iweġġa’ gravi f’ħabta bejn karozza u mutur fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Sqaq Bur il-Kbir is-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Aygo, misjuqa minn Żvizzeru ta’ 61 sena, u mutur Piaggio, misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li assista lis-sewwieq tal-mutur sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa rriżulta li kien sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport