Monday, May 13, 2024

Iweġġa’ gravi f’ħabta f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għal xi l-5:30 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Coopop misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi u vettura Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport