Raġel ta’ nazzjonalità Indjana lbieraħ għall-ħabta ta’ 11.45pm weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera.
Il-pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati li kien seħħinċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn Indjan ta’ 31 sena residenti Wied il-Għajn u Peugeot 307 misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Birkirkara.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ