Kien għall-ħabta tas-6:15 a.m meta l-Pulizija ġew informati li kien seħħ omiċidju fi Triq Sir George Borg f’Tas-Sliema.
Il-vittma hija Sandra Ramirez – mara Kolombjana ta’ 43 sena – u nstabet mejta fuq is-sodda tal-appartament li kienet tirrisjedi fih b’daqqiet ta’ sikkina.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li s-suspettat ewlieni huwa wkoll Kolombjan ta’ 43 sena ta ruħu b’idejh lill-Pulizija. Jidher saħansitra li r-raġel kellu traċċi ta’ demm fuqu meta mar biex jirrapporta.
Għaddejja wkoll investigazzjoni b’rabta mal-istatus taż-żewġ persuni f’pajjiżna u jekk teżistix xi tip ta’ relazzjoni bejniethom.
Minn aktar investigazzjoni li saret irriżulta li ż-żewġ persuni kienu qegħdin jirrisjedu pajjiżna b’mod legali. Jirriżulta wkoll li f’pajjiżna l-mara qatt ma rrappurtat dwar vjolenza domestika min-naħa tal-allegat aggressur.
Fuq il-post hemm numru ta’ uffiċjali minn taqsimiet differenti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Dwar dan il-każ mistennija tinfetaħ Inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana.
Aktar informazzjoni dalwaqt…