Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-3:30 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Avjazzoni, Ħal Kirkop.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Imqabba, u Citroen Berlingo misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Marsaskala.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.