Wednesday, December 25, 2024

Iweġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem bil-moħriet f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li llum għall-ħabta tad-09:30 a.m sofra xi ġrieħi waqt li kien f’għalqa, fil-limiti taż-Żewwieqa, Għajnsielem Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 72 sena residenti Għajnsielem, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem b’moħriet.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport